“Illum Niċċelebraw Jum Il-Pulizija U Nfakkru L-212-il Sena Tal-Korp Tal-Pulizija Ta’ Malta.” – Malta Police Union

Pulizija

Il-Malta Police Union tfakkar il-Jum tal-Pulizija u tagħti ġieħ lil 212-il sena tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta.

L-unjoni sellmet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta fl-okkażjoni tal-Jum tal-Pulizija, li din is-sena jimmarka wkoll il-212-il anniversarju mit-twaqqif tal-Korp.

Permezz ta' messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, l-unjin esprimiet l-apprezzament tagħha lejn il-pulizija kollha, kemm dawk li għadhom iservu kif ukoll dawk li rtiraw mis-servizz, għad-dedikazzjoni tagħhom lejn il-pajjiż matul is-snin.

"F'isem il-Malta Police Union, nestendu l-apprezzament sinċier tagħna lill-uffiċjali tal-pulizija kollha, tal-lum u tal-imgħoddi," qalet l-unjoni fil-messaġġ tagħha.

Il-Malta Police Union awgurat ukoll Jum il-Pulizija t-tajjeb lill-membri kollha tal-Korp.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI