Ħasda Fiż-Żejtun: Imut Nenu Scicluna, Pilastru Fil-Komunità

Il-komunità Żejtunija tinsab mnikkta bit-telfa ta’ Nenu Scicluna, li għadu kemm ħalla din id-dinja. Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun, f’isem is-Sindku Joan Agius u l-kunsilliera kollha, wera d-dispjaċir profond tiegħu għall-mewt ta’ dan ir-raġel tant maħbub.

Nenu ma kienx xi ħadd li jfittex il-faċċata, imma kien pilastru sieket u b'saħħtu ħafna fil-ħajja kulturali ta' beltna. Għal dawn l-aħħar 30 sena, huwa ta ruħu u ġismu fis-sotto-kumitat tas-Sindku, fejn il-kontribut tiegħu kien imprezzabbli, speċjalment fl-organizzazzjoni tal-attività tant popolari ‘Żejt iż-Żejtun’. Il-passjoni kbira li kellu għall-istorja lokali u l-identità taż-Żwieten kienu jispikkaw f'kull ħaġa li jagħmel.

Għalkemm ħadem minn wara l-kwinti, il-frott ta' xogħlu se jibqa' jitgawda minn ħafna. Il-kunsill u s-Sindku bagħtu l-kondoljanzi u l-għożża kollha tagħhom lill-familja f'dan il-mument diffiċli.

Grazzi ta' kollox, Nenu, u strieħ fil-paċi.

Ritratti:

Facebook/Kunsill Lokali Żejtun – Żejtun Local Council

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI