“L-Aħħar Episodju Tal-Ewwel Staġun Ta’ L-Iskorpjun!… Sadanittant, Diġà Bdejna Naħdmu Fuq Id-Doppjaġġ Tat-Tieni Staġun…” – Antonella Axisa

Antonella f'L-iskoprjun

L-attriċi Antonella Axisa ħabbret li llejla, it-Tnejn 13 ta' Lulju fid-21:15 fuq TVM, se jixxandar l-aħħar episodju tal-ewwel staġun tas-sensiela popolari L-Iskorpjun.

Fl-istess messaġġ, żvelat ukoll li minn nhar it-Tnejn 27 ta' Lulju se jibdew jixxandru r-repetizzjonijiet fuq TVM+, kull nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa fid-21:15, b'żewġ episodji kull darba, biex dawk li tilfu xi episodji jkollhom l-opportunità jerġgħu jsegwu s-sensiela.

Antonella tat ukoll aħbar għal dak li jmiss. "Sadanittant, diġà bdejna naħdmu fuq id-doppjaġġ tat-tieni staġun… Għiduli, min qed isegwih L-Iskorpjun? Tħobbuha lil Frida?"

Ser tkomplu ssegwu?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI