Is-Servizz Pubbliku fakkar lill-pubbliku fl-importanza li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiġu protetti l-annimali matul il-ġranet ta' sħana qawwija.
F'messaġġ maqsum fuq il-midja soċjali, enfasizza li s-sidien għandhom jiżguraw li l-annimali domestiċi dejjem ikollhom aċċess għal dell u ilma frisk, filwaqt li huwa importanti li l-ilma fl-iskutella jinbidel ta' spiss biex jibqa' frisk.
L-appell jinkludi wkoll suġġerimenti oħra biex l-annimali jinżammu komdi u b'saħħithom, fosthom li jingħataw ikel frisk bħal frott u ħaxix fejn xieraq, kif ukoll li jintużaw tapiti li jkessħu biex jgħinu jżommu t-temperatura tal-ġisem regolata.
Is-Servizz Pubbliku qed iħeġġeġ lis-sidien kollha jieħdu nota ta' dawn il-miżuri sabiex jipproteġu lill-annimali tagħhom mill-effetti tas-sħana intensa tas-sajf.