Il-Poeta Malti Immanuel Mifsud Jingħata L-‘European Medal Of Poetry And Art Homer 2026’

Immanuel Mifsud

Immanuel Mifsud huwa wieħed mill-aktar awturi u poeti prominenti Maltin tal-ġenerazzjoni tiegħu. Tul il-karriera tiegħu ppubblika diversi kotba ta' poeżija, proża u drammi, filwaqt li x-xogħlijiet tiegħu ġew tradotti f'bosta lingwi u ppreżentati ġo festivals u avvenimenti letterarji madwar id-dinja.

Huwa magħruf għall-kitba tiegħu li tesplora temi profondi marbuta mal-esperjenza umana, il-memorja, il-familja u l-identità, u rebaħ numru ta' unuri prestiġjużi kemm f'Malta kif ukoll barra minnha.

Ftit ilu Immanuel ġie mħabbar bħala wieħed mir-rebbieħa tal-European Medal of Poetry and Art Homer 2026, unur mogħti mill-International Chapter of the European Medal of Poetry and Art Homer bħala rikonoxximent għall-kontribut eċċezzjonali tiegħu fil-letteratura.

Fl-istqarrija uffiċjali, ġie mfaħħar għall-esplorazzjoni kuraġġuża tiegħu tal-aktar aspetti profondi tal-psike umana u għar-rappreżentazzjoni bla kompromessi tar-rabtiet familjari patoloġiċi li jwasslu għal trawma profonda.

Ritratti:

Facebook/ Immanuel Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI