It-telfa ta’ xi ħadd għażiż għall-ħajja ta’ dejjem qatt mhi esperjenza faċli. In-nuqqas tagħhom jibqa’ jinħass għal dejjem. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, il-kantawtur lokali Franklin Calleja ddedika kelmtejn liz-zija tiegħu li ħalliet din id-dinja sena ilu.
Hu kitbilha, “Bħal-lum sena Zija Mari tagħna... lanqas nemmnu u għadna sa issa, sena wara... li ħallejtna, u qas nemmnu li tlaqtna! Mara sabiħa tarmi s-sbuħija kull fejn tmur, u dejjem eleganti. Min kellu jgħidilna li kellek tmut hekk?? Xi krudilta`. Nimmissjawk, u dejjem fi ħsiebna. Kompli strieħ.”
Tistrieħ fis-sliem u l-paċi. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Franklin Calleja u l-familjari u ħbieb kollha taz-Zija Mari.
Facebook / Franklin Calleja