Il-paġna Kate: Writing My Story qasmet mument sabiħ mill-ewwel jum ta' Kate ġewwa skola sajf. F'messaġġ fuq il-midja soċjali, hija rrakkuntat li ntlaqgħet b'ħafna tbissim, mħabba u affezzjoni, esperjenza li għamlitha tħossha milqugħa u komda sa mill-ewwel mumenti.
"Illum kien l-ewwel jum tiegħi fi skola sajf, u ġejt milqugħa b’tant tbissim, imħabba u affezzjoni," jiktbu fuq il-paġna. Kate faħħret kemm lit-tfal kif ukoll lill-edukaturi għall-qalb tajba u l-ħbiberija li wrew magħha matul il-ġurnata.
B'din l-esperjenza Kate qed tħares 'il quddiem b'entużjażmu għal jum ieħor sabiħ fi skola sajf, hekk kif kompliet tesprimi l-gratitudni tagħha. Qasmu anke ritratti tagħha waqt l-attivitajiet li kellhom.