Gwen, il-wiċċ wara l-paġna popolari Gwen’s Cooking Club, illum qed tiċċelebra għeluq sninha u qasmet messaġġ qasir iżda mimli ferħ mas-segwaċi tagħha. Fuq il-midja soċjali kitbet, "Happy Birthday lili... 14-il sena llum. Illum ħa noħodha off... Grazzi ħbieb tas-sapport kollu tagħkom - Inħobbkom Gwen."
Magħrufa għar-riċetti tagħha u l-mod sempliċi kif taqsam il-passjoni tagħha għat-tisjir, Gwen bniet komunità kbira ta’ segwaċi li tul is-snin baqgħu jappoġġjawha u jsegwu l-kontenut tagħha. Fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha, Gwen ħabbret li se tieħu ġurnata mistrieħ, filwaqt li rringrazzjat lil kulħadd tal-appoġġ li dejjem irċeviet.
Minn naħa tagħna, nawguraw lil Gwen l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Awguri!
Facebook / Gwen’s Cooking Club