Nhar ta' Sibt matul l-iskeda li għaddiet ħafna kienu jkunu ħerqanin biex isegwu Bundytime, bi preżentazzjoni ta' John Bundy, u diversi mistednin interessanti.
Hekk kif dawk kollha involuti fix-xandir, bħalissa jkunu jistgħu jieħdu pawsa u jgawdu s-sajf, il-karattri maħbubin ta' Bundytime, jidher li wkoll qed igawdu l-vaganzi.
John Bundy qasam ritratt li juri dak li qed jagħmlu matul is-sajf. "Xalata dejjem ja mgħarrqin li huma. Inħobbuhom wisq," jikteb John.
Bosta kkummentawlhom ukoll, speċjalment dawk li kull nhar ta' Sibt kienu qed isegwuhom.