“Missieri Huwa Dak Il-Leħen Li Jżommli Saqajja Mal-Art” – Il-Ministru Malcolm Paul Agius Galea Jawgura Lil Missieru F’Għeluq Sninu

Il-Ministru Malcolm Paul Agius Galea feraħ lil missieru f'għeluq sninu b'messaġġ mimli mħabba u apprezzament għall-valuri li għaddielu tul is-snin. Fuq il-midja soċjali, Malcolm kiteb li missieru dejjem kien il-persuna li jagħtih il-pariri u tgħinu jibqa' umli.

"Spiss, missieri jkun dak il-leħen li jtini l-pariri u li jżommli saqajja mal-art," kiteb. Huwa żied li llum qed jara l-istess dixxiplina li biha trabba hu tintwera wkoll man-neputijiet tiegħu. "Illum narak b’dik l-istess dixxiplina li rabbejt lilna man-neputijiet tiegħek."

Fi tmiem il-messaġġ, Malcolm, flimkien ma' martu Juanita u wliedhom, awguralu ħafna saħħa u aktar snin ta' ħajja biex ikomplu jgawduh. "Illum il-ġurnata tiegħek, pa! Gawdiha! Jien, Juanita u t-tfal nixtiqulek ħafna saħħa u iktar snin biex ingawduk!"

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ u sena mimlija saħħa, hena u paċi f'qalbu!

Ritratti:

Facebook / Malcolm Paul Agius Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI