Alcia Bugeja Said qasmet messaġġ dwar l-importanza tal-annimali u kif dawn jistgħu jkollhom impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ persuni bl-awtiżmu. Hija spjegat kif il-pet therapy tista’ tkun għodda ta’ għajnuna kbira, mhux biss bħala attività rikreattiva, iżda wkoll bħala mezz biex jiġu żviluppati ħiliet soċjali u emozzjonali.
Permezz tal-interazzjoni mal-klieb, persuni bl-awtiżmu jistgħu jsaħħu l-kunfidenza tagħhom, jitgħallmu jieħdu responsabbiltà u jħossu sens akbar ta’ sigurtà u konnessjoni. L-annimali għandhom kapaċità unika li joħolqu rabta speċjali mal-bniedem, u ħafna drabi joffru appoġġ emozzjonali mingħajr ġudizzju.
Bugeja Said enfasizzat li l-pet therapy tista’ ssir parti mill-attivitajiet ta’ kuljum, fejn it-tfal ikollhom opportunità jitgħallmu permezz tal-kura u r-relazzjoni tagħhom mal-annimali.
Din l-inizjattiva turi kemm huwa importanti li nkomplu nfittxu modi ġodda u inklussivi biex nappoġġjaw persuni bl-awtiżmu, filwaqt li noħolqu ambjent fejn kull persuna jkollha l-opportunità li tikber, titgħallem u tħossha apprezzata.
Facebook/Alicia Bugeja Said