L-attur Henry Zammit Cordina qasam mument ħelu li kellu waqt titjira. Iltaqa' ma' Casey, l-attriċi li ħadmet il-karattru ta' Sarah fuq Ħbieb u Għedewwa.
"12-il sena ilu, ħadmet l-irwol ta’ binti f'Ħbieb u Għedewwa, is-serje televiżiva Maltija ta’ kuljum li l-iktar damet tintwera, għal sitt snin sħaħ. Riċentement, ħadet ħsiebi waqt titjira. Kien ta’ pjaċir kbir li nerġa’ niltaqa’ miegħek, Casey."
Kif ħafna jafu mill-bidu tal-iskeda l-ġdida ta' ONE qed terġa' tintwera Ħbieb u Għedewwa, sensiela li kienet ixxandret propju 11-il sena ilu b'episodju kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Fl-aħħar tas-sena 2025, Gwida.mt tkellmet ma' Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber minn Rikordja, dwar dan ir-ritorn fuq it-televiżjoni lokali. Ara HAWN