Is-sħana qed tagħmel tagħha u kull sajf qed jisfa agħar minn dawk preċedenti, iżda suġġett li jqum ta’ kull sena huwa dak li jirrigwardja l-air conditions fl-iskejjel Maltin u fil-ħabs ta’ Malta.
Diversi kitbiet minn personalitajiet Maltin qegħdin iduru fuq il-midja soċjali, jitkellmu dwar il-kundizzjonijiet tal-ħabs u s-sħana enormi li hemm. Fosthom hemm Andrew Azzopardi fejn qasam filmat u kiteb hekk, “Prova li s-sħana tagħmlek persuna agħar u mhux tirrijabilitak. Il-ħabs, is-sħana, il-Hilton u r-rijabilitazzjoni, nippruvaw naħsbu b’ moħħ miftuħ.”
Fil-kummenti ta’ kitbiet simili, u anke fl-istess kitba, bosta min-nies sostnew li din għandha tapplika wkoll għall-iskejjel kollha ta’ madwar Malta u Għawdex. Persuna qalet, “Fuq l-istess livell tinkwetani s-sħana li hemm fl-iskejjel, fejn bħalissa jattendu ħafna tfal fi Skola Sajf!” Dan il-filmat tista ssegwih hawn:
X’taħsbu intom dwar dan?