Il-Viċi Sindku tal-Ħamrun, Aymen Grech Pace, qasam messaġġ mimli emozzjoni hekk kif fetaħ qalbu dwar il-memorji tat-tfulija tiegħu u ż-żmien tas-sekondarja.
Pace kiteb li ta’ kuljum jiġu f’moħħu mumenti mill-passat, meta bħala familja kienu jgħixu żminijiet mimlijin daħk, ċajt, argumenti żgħar u mħabba li dejjem kienet terġa’ tgħaqqadhom.
Huwa stqarr li kultant isib ruħu jistaqsi kif għaddew disa’ snin, b’memorji li xi drabi jġibulu tbissima u drabi oħra demgħa f’għajnejh.
Il-Viċi Sindku qal li minkejja li ħafna jarawh dejjem ferħan u jdaħħak lil ħaddieħor, hemm ukoll mumenti li jħoss uġigħ f’qalbu. Madankollu, sostna li jibqa’ hemm biex jipproteġi liż-żewġ ġenituri tiegħu u jixtieq li kull wieħed minnhom jgħix ħajja tajba.
Pace enfasizza li qatt mhu se jinsa l-imħabba li rċieva mingħandhom u l-perjodu meta kienu familja magħquda.
Facebook/Aymen Grech Pace