Gabriella Maria Scicluna Tħalli Impressjoni F’Lourdes, Bil-Kant Tal-“Ave Maria” Bil-Malti

Mument ta’ emozzjoni u kburija baqa’ mnaqqax fil-qalb tal-familja Scicluna waqt il-pellegrinaġġ tagħhom f’Lourdes, meta binthom kellha l-unur tkanta l-“Ave Maria" f'Lourdes bil-lingwa Maltija.

Din kienet esperjenza speċjali mhux biss għaliha, iżda wkoll għal dawk kollha preżenti, hekk kif il-vuċi tagħha wasslet messaġġ ta’ fidi u tama f’wieħed mill-aktar santwarji magħrufa fid-dinja Kattolika.

Matul iż-żjara tagħha f’Lourdes, it-tfajla ngħaqdet ukoll mal-Kor Internazzjonali ta’ Lourdes, magħmul minn kantanti minn diversi pajjiżi. Minkejja d-differenzi fil-lingwa u l-kultura, il-mużika kienet il-pont li għaqqdithom kollha f’esperjenza waħda ta’ għaqda u devozzjoni.

It-tfajla tistudja l-kant vokali klassiku u l-pjanu, u din l-opportunità kienet pass importanti fil-vjaġġ artistiku u spiritwali tagħha. Fil-fatt ommha Maria Elisa qalet li "xi mumenti jibqgħu mnaqqxin f'qalbna għal dejjem", tant li dan se jkun wieħed minnhom.

Huma esprimew ukoll il-gratitudni tagħhom lejn Alla u lejn il-Madonna ta’ Lourdes għal din il-barka, filwaqt li sostnew li l-esperjenza se tibqa’ tispirahom biex ikomplu jrawmu t-talenti u l-fidi ta’ Gabriella Maria.

Ritratti:

Facebook/Gabriella Maria Scicluna u Maria Elisa Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI