Ilbieraħ kien anniversarju speċjali fil-familja tal-membru parlamentari Roderick Galdes, hekk kif kien propju bħal-bieraħ meta l-ġenituri tiegħu taw kelma lil xulxin u bdew il-ħajja miżżewġa flimkien.
"Bħal-lum, 52 sena ilu, ommi u missieri żżewġu u bdew ħajja flimkien. Illum, għalkemm missieri m’għadux magħna, il-memorji, il-valuri u l-imħabba li ħalla warajh jibqgħu jgħixu fina kuljum."
Roderick ikompli, "Grazzi ta’ dak kollu li bnejtu flimkien bħala familja. Se nibqgħu nġorru l-wirt tagħkom bi kburija." Qasam anke ritratt għall-okkażjoni.
Awguri mill-qalb lill-ġenituri ta' Roderick Galdes.
Facebook/ Roderick Galdes