Il-preżentatur Luca Lorenzo qasam riflessjoni personali qabel il-finali ta’ Spanja, fejn ħares lura lejn kif inbidlet ħajtu matul l-aħħar 16-il sena.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, irrakkonta kif l-aħħar darba li Spanja waslet sal-finali kien għad kellu 16-il sena. Dak iż-żmien mar jara l-logħba waħdu, liebes flokk ta’ Spanja, wara li sħabu kkanċellaw fl-aħħar mument.
Huwa stqarr li kien iħossu waħdu kjappoġġja lit-tim Spanjol. Illum, 16-il sena wara, Luca jgħid li l-ħajja ħaditu f’direzzjoni li qatt ma kien jimmaġina.
“Kemm tinbidel il-ħajja mingħajr ma tinduna. Nixtieq biss nista’ ngħid lil dak it-tifel ta’ 16-il sena biex ma tinkwetax daqshekk. Fl-aħħar mill-aħħar, l-affarijiet isibu posthom. Issa nittama biss li jagħmlu hekk ukoll illejla.”
Messaġġ mill-isbaħ Luca. Prosit, u Awguri u għal-lum!