L-Artist Żagħżugħ Lokali Denilson Zammit Jippreżenta Pittura Lil Katy Perry

Denilson Zammit

Denilson Zammit huwa student tal-arti magħruf għall-interess tiegħu fl-arti viżiva, li beda minn età żgħira ħafna.

L-artist lokali influwenza ruħu miz-ziju tiegħu li kien studja l-arti. Zijuh esponieh għall-kreattività. L-arti dejjem kienet mod kif Denilson jesprimi l-emozzjonijiet, kemm jekk ikun imdejjaq, stressjat, jew irrabjat.

Preżenta diversi pitturi lil diversi persuni popolari fosthom il-mibki Jake Vella, Dr . Lydia Abela, u lbieraħ Katy Perry. Hu ħoloq din il-pittura perfetta tal-istilla li għadha kif kantat Malta, u rnexxielu jiltaqa' magħha u jagħtiha l-pittura.

"Meta kont żgħir, qatt ma immaġinajt li xi darba kont se nkun qiegħed ħdejn Katy Perry u nippreżentalha x-xogħol tiegħi," jikteb Denilson fuq il-midja soċjali.

Prosit tassew Denilson! Irnexxielek ukoll! Ammirevoli!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI