Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Anton Rea Caruana qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ rigward dak li ġara llum fejn raġel spara fuq żewġ pulizija.
Il-messaġġ tiegżu kien dan, “Ħa nikkumenta kif nħossa. Kellu raġun jew ma kellux dik il-persuna, li stajt taghmel jekk ma kellhomx permess jinżlu fl-arja tiegħek, kulma ridt tagħmel iċċempel lill-pulizija u mhux li tagħti n-nar bin-nies ġo gaġġa tal-kisi, mbagħad sparajt għal 3 uffiċjali. L-ewwel ħaġa qatt m’għandek tieħu l-liġi b'idejk, u t-tieni, dawk il-pulizija x’setgħu għamlulek biex ftaħt in-nar fuqhom? Dawn qegħdin jagħmlu xogħlhom u għandom familja d-dar li tkun qed tistennihom ġejjin lura.”
Mario Tabone-Vassallo