Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares sellmu l-memorja ta’ Rico Caruana li ħalla din id-dinja.
Huma qalu, “Rico Aquilina, niftakruk tiġi tgħin fil-Maratona ta’ Puttinu sa minn meta kont għadek żgħir. Ħallejtna bla kliem u b’qalbna maqsuma, iżda l-memorja tiegħek se tibqa’ tgħix magħna għal dejjem.”
Żiedu, “Matul iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ħajja ta’ Rico nġabret is-somma ta’ €7,000 f’donazzjonijiet, li ġiet ippreżentata llum lil Puttinu Cares. Grazzi mill-qalb lil kull min ta s-sehem tiegħu u b’hekk kompla jżomm ħajja l-ġenerożità u l-ispirtu ta’ Rico. Kondoljanzi lill-genituri, lil hutu, qraba u hbieb. Inzommukom fit-talb taghna.”
Jistrieh fis-sliem.