“Nirringrazzjakom Għad-Donazzjonijiet Li Rċevejt Għall-Każ Urġenti Tal-Papri Ta’ Marsalforn” – Fabio Spiteri

Fabio Spiteri rringrazzja lil diversi persuni li taw id-donazzjonijiet biex isalvaw numru ta’ papri li kienu qed imutu.

Hu kiteb, “Nirringrazzjakom għad-donazzjonijiet li rċevejt għall-każ urġenti tal-papri ta’ Marsalforn. Wara li sibt diversi papri f’xifer il-mewt minħabba nuqqas ta’ ilma, irnexxieli ningħaqad ma’ Emmanuel minn ‘Għajnsielem and Gozo Cats’ u se jgħini fi proġett żgħir biex ngħinu lil dawn il-papri.”

Żied jgħid li xtara żewġ tankijiet ta’ elf litru ilma kull wieħed għal dawn il-papri u se jiżgura li dawn dejjem ikunu mimlijin matul is-sajf. Uża wkoll mitejn ewro mid-donazzjonijiet biex inxtara l-ikel għalihom. Emmanuel se jkun qed jorganizza grupp voluntiera li se jagħtu l-ilma u l-ikel lil dawn il-papri, u se jkollhom bżonn ukoll voluntiera biex indaqqfu.

Spjega, “Din hi soluzzjoni temporanja imma għallinqas l-ebda papra mhi se titħalla tmut kif ġieb u laħaq! Infakkarkom ukoll dwar Project 100 li se jibqa’ għaddej sal-aħħar tas-sena.”

Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-għajnuna. Kull ħlejqa jistħoqqilha rispett u mħabba.

Ritratti:

Facebook / Fabio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI