“B’Qalb Sewda Ninfurmawkom Dwar It-Telfa Ta’ Mr Carlo Forte, Ta’ Tmenin Sena” – Salesjani Ta’ Don Bosco

Is-Salesjani ta’ Don Bosco ħabbru t-telfa tal-għażiż Mr Carlo Forte. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom huma esprimew dieqa u xokk kbir.

Kitbu, “B’qalb sewda ninfurmawkom dwar it-telfa ta’ Mr Carlo Forte, ta’ tmenin sena, ħu Fr Joe Forte SDB. Il-mewta ta’ Carlo ma kinitx mistennija, u saret ħabta u sabta l-lejl li għadda. Ħalla warajh lill-għażiża martu Marlene, ħutu, qraba, u ħbieb li kollha qed iħossu n-nuqqas mhux mistennija tiegħu.”

Żiedu jgħidu, “Niftakru lil Carlo bi gratitudni għal ħajtu, il-preżenza tiegħu qalb dawk kollha li kienu jafuh fl-oratorju u t-Teatru Salesjan, u l-imħabba u l-appoġġ li qasam ma’ familtu u sħabu.”

Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.

Ritratti:

Facebook / Salesians of Don Bosco – Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI