Permezz ta' Filmat li tellgħet fuq il-medja soċjali tagħha, Josline, eks parteċipanta tal-programm 'Big Brother Malta', tat ħarsa lejn ġurnata mimlija divertiment u memorji sbieħ fliemkien mal-ħbieb tagħha, organizzata biex jiċċelebraw għeluq snin il-ħabiba tagħha, Marthese.
Josline ħeġġet lis-segwaċi tagħha biex ma jitilfux l-ispirtu tat-tfulija li jinsab ġewwa kull wiehed u waħda minnha. Sostniet ukoll, li t-tkabbir personali ma jfissirx biss illi wieħed jagħmel affarijiet li mhux soltu jagħmel, iżda wkoll li jieħu gost, jidħak aktar, u jgħożż il-mumenti ż-żgħar u sempliċi tal-ħajja.
Joseline iddeskriviet lil ħabiba tagħha Marthese bħala bniedma simpatika, iżda fl-istess ħin, kuraġġuża u b'saħħitha. Josline għalqet billi awgurat lil Marthese f'għeluq snina, filwaqt li rringrazzjata ta' kemm iġġib ferħ u enerġija pożittiva mhux biss f'ħajjitha, imma wkoll fil-grupp ta' ħbieb tagħhom.
X'inhuma l-affarijiet li lilek jgħinuk iżżomm l-ispirtu tat-tfulija ħaj ġewwa fik?
Filmat: Instagram/Josline Camilleri