Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Puttinu Cares rringrazzjaw lil George Camilleri li rnexxielu jiġbor somma inkredibbli bħala donazzjoni għal Puttinu Cares, u dan għal għeluq sninu minflok rigali.
Kitbulu, “X’rigal tal-għeluq snin inkredibbli! €20,500 għal Puttinu. Nagħtu awguri KBIRA lil George Camilleri, li ċċelebra dan it-tragward speċjali b’qalb kbira. Minflok irċieva rigali, Georgi Camilleri xtaq donazzjonijiet għal Puttinu u rnexxielu jiġbor l-ammont inkredibbli ta’ €20,500! Grazzi lil kull min ta l-kontribut tiegħu.”
Żiedu, “Mingħandna lkoll ta’ Puttinu, grazzi, George, għall-ġenerosita`, altruwiżmu, u qalb kbira tiegħek. Nawgurawlek saħħa, ferħ, u iktar ċelebrazzjonijiet mill-isbaħ.”
Nirringrazzjaw lil kull min ta d-donazzjoni tiegħu, u lil George tal-inizjattiva. Nawgurawlu għal għeluq sninu!
Facebook / Puttinu Cares