Is-Salesjani ta’ Don Bosco ħabbru t-telfa tal-għażiż Mr Carlo Forte. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom huma esprimew dieqa u xokk kbir.
Kitbu, “B’qalb sewda ninfurmawkom dwar it-telfa ta’ Mr Carlo Forte, ta’ tmenin sena, ħu Fr Joe Forte SDB. Il-mewta ta’ Carlo ma kinitx mistennija, u saret ħabta u sabta l-lejl li għadda. Ħalla warajh lill-għażiża martu Marlene, ħutu, qraba, u ħbieb li kollha qed iħossu n-nuqqas mhux mistennija tiegħu.”
Żiedu jgħidu, “Niftakru lil Carlo bi gratitudni għal ħajtu, il-preżenza tiegħu qalb dawk kollha li kienu jafuh fl-oratorju u t-Teatru Salesjan, u l-imħabba u l-appoġġ li qasam ma’ familtu u sħabu.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.
Facebook / Salesians of Don Bosco – Malta