Mument Emozzjonanti Qabel Il-Kunċert Ta’ Ricchie E Poveri Ġewwa L-‘Għaxaq Music Festival’

Kevin Paul

L-artist Kevin Paul Calleja ta spettaklu mill-isbaħ ġewwa Ħal-Għaxaq qabel ma beda l-kunċert li tant kien mistenni ta' Ricchie e Poveri. Ir-ritratti u l-filmati li Kevin Paul qasam mas-segwaċi tiegħu fuq il-medja soċjali, juru mumenti ħelwin fejn l-udjenza ngħaqdet miegħu sabiex ikantaw u jgawdu serata mill-isbaħ. L-atmosfera kienet waħda mill-aqwa, mimlija entużjażmu u enerġija pożittiva.

Madankollu, wieħed mill-aktar mumenti li ħalla impatt kien meta il-kantant Kevin Paul waqaf għal mument sabiex isellem u jfakkar lill-familjari u l-għeżież kollha li sfortunatament m'għadhomx magħna. Dan il-ġest qanqal emozzjoni forst dawk preżenti, hekk kif enfasizza li, minkejja n-nuqqas tagħhom, dawn jibqgħu jgħixu fil-memorja u fil-qlub ta' dawk kollha li ħabbewhom.

Nawgurawlek ħafna aktar mumenti sbieħ Kevin Paul!

Ritratti: Instagram/Kevin Paul Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI