Infrastructure Malta ħabbret avviż dwar xogħlijiet li se jkunu qed isiru f’San Ġwann.
Kitbu, “Avviż ta’ Xogħlijiet – Triq in-Naxxar u Vjal ir-Rihan, San Ġwann. Infrastructure Malta tixtieq tinforma lill-pubbliku li se jsiru xogħlijiet ta’ titjib fit-toroq fi Triq in-Naxxar u Vjal ir-Rihan, San Ġwann, kif ġej:
Xogħlijiet bil-Lejl 28 ta’ Lulju – 1 ta’ Awwissu 8:00 pm – 5:00 am.
* Vjal ir-Rihan – Għeluq parzjali tat-triq biex isiru xogħlijiet ħalli jitbaxxa kanal tal-konkos eżistenti u jiġi allinjat mal-livell tal-asfalt eżistenti.
* Triq in-Naxxar – Għeluq totali tat-triq għall-installazzjoni ta’ qsim tal-pedestrians ġdid tat-tip ‘Belisha’.
Xogħlijiet matul il-Jum
1 ta’ Awwissu – 31 ta’ Awwissu (esklużi l-Ħdud)
7:00 am – 4:00 pm
* Triq in-Naxxar – Għeluq parzjali tat-triq għal xogħlijiet ta’ tiswija tal-bankina.”
Żiedu jispjegaw, “Matul ix-xogħlijiet se jkunu fis-seħħ miżuri għall-immaniġġjar tat-traffiku u sinjali ta’ devjazzjoni. Is-sewwieqa u l-pedestrians huma ġentilment mitluba jsegwu s-sinjali fuq il-post u joqogħdu attenti meta jgħaddu miż-żona. Infrastructure Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent u tirringrazzja lill-pubbliku tal-paċenzja u l-kooperazzjoni tiegħu.”
Facebook / Infrastructure Malta