Riċentament ħalla din id-dinja Nadab, ġuvni li tilef ħajtu b’mod traġiku. Fil-funeral tiegħu saret ġabra fejn dak kollu miġbur ser jingħata lill-familja tiegħu. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Knisja Ta' Ġieżu - Patrijiet Franġiskani L-Belt Valletta tkellmu dwar dan.
Huma qalu. “Il-ġabra li saret fil-funeral flimkien ma kull donazzjoni li daħlet se jingħataw lill-familja ta’ Nadab John; aħna mhux se nżommu assolutament xejn minn dak li daħal. Min jixtieq jgħin lill-familja ta’ Nadab jista jagħmel dan billi jibgħat l-offerta tiegħu fuq Revolut jew BOV Pay 9924 6768. Għal fini ta’ trasparenza ninfurmawkom fil-ġranet li ġejjin kemm nkunu għaddejna lill-familja.”
Jistrieh fis-sliem.