Pip U Pop Baqgħu Maġenb Sidhom Wara Li Miet – Issa Qed Ifittxu Dar Ġdida 

Pip u Pop huma żewġt iklieb Fox Terrier li għaddew minn esperjenza ta’ qsim il-qalb. Wara li sfortunatament miet sidhom, huma baqgħu maġenbu għal diversi jiem, sakemm instab.

Il-ġrajja tagħhom turi kemm il-klieb jistgħu jintrabtu ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom. Minkejja dak kollu li għaddew minnu, Pip u Pop issa għandhom bżonn familja ġdida li tilqagħhom u tagħtihom l-imħabba u l-kura li jixirqilhom.

Iż-żewġt iklieb għandhom madwar erba’ jew ħames snin u huma deskritti bħala ġentili u dħulin man-nies. Jiftiehmu wkoll ma’ klieb oħra u għandhom karattru kalm, tant li jieħdu gost sempliċiment ikunu qrib in-nies u jingħataw ftit attenzjoni u mħabba. Pop għandha bżonn ukoll dieta tajba u ftit aktar eżerċizzju biex terġa’ tkun fl-aħjar forma tagħha.

Pip u Pop jistgħu jiġu adottati flimkien jew separatament. Wara li tilfu lil sidhom u d-dar li kienu jgħixu fiha, issa qed jistennew lil xi ħadd li jkun lest jagħtihom tama ta' bidu ġdid. 

Ritratti:

Fb/ Innocent Paws

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI