Alana Bondin ħalliet messaġġ emozzjonanti lil ħuha Liam Bondin f’għeluq sninu, hekk kif esprimiet kemm tapprezza l-persuna li hu u l-irwol importanti tiegħu fil-ħajja tagħha u tal-familja.
Fost kliem mimli mħabba, Alana qaltlu li hu bniedem uniku, b’saħħtu u reżiljenti, li minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-ħajja, dejjem kien hemm għal dawk ta’ madwaru.
Hija faħħritu wkoll bħala missier mill-aqwa għal Babelina u ziju speċjali għal Baby Cara, u qalet li l-mod kif iħobbhom u jieħu ħsiebhom juri kemm għandu qalb kbira.
Alana żiedet tgħid li minkejja li Liam huwa akbar minnha, xorta tħoss li trid tieħu ħsiebu, għax għaliha għadu ż-“żgħir”. Hija rringrazzjatu talli dejjem jibqa’ jkun preżenti, anke meta kultant ikun “tedjanti” b’mod ta’ mħabba.
“Inti safe space tiegħi, little man,” kitbet Alana, filwaqt li awguratlu l-isbaħ xewqat u qaltlu kemm tħobbu.
It-Tim ta' Gwida jingħaqad mal-awgurju u jawguralu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.
Facebook/Alana Bondin