Illum Graham Bencini qed jiċċelebra għeluq il-50 sena tiegħu, f'jum li għażel li jibda flimkien mal-aktar persuni importanti f’ħajtu – uliedu. F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, huwa qal li “l-aqwa mod kif nibda għeluq snini huwa mat-tfal tiegħi,” filwaqt li esprima l-gratitudni tiegħu għal kull mument mal-familja u ħares 'il quddiem għal sena oħra mimlija memorji sbieħ flimkien. Bencini rringrazzja wkoll lil dawk kollha li bagħtulu l-awguri f’dan il-jum speċjali.
Min-naħa tagħha, martu sellmitu b’messaġġ mimli mħabba u umoriżmu, hekk kif irringrazzjatu talli jimla ħajjithom b’imħabba, “kaos bla tmiem u ġenn.” Hija awguratlu 50 sena mill-isbaħ u esprimiet ix-xewqa li flimkien ikomplu jgawdu ħafna aktar avventuri bħala familja.
F’dan il-jum speċjali, it-Tim ta' Gwida jawgura lil Graham Bencini għeluq snin mill-isbaħ, mimli saħħa, ferħ u aktar mumenti memorabbli mal-għeżież tiegħu.
Facebook/Graham Bencini u Julienne Portelli Demajo