64 Sena Minn Meta Ħalla Din Id-Dinja San Ġorġ Preca

Preca

64 sena ilu, San Ġorġ Preca ħalliena fl-età ta’ 82 sena. San Ġorġ Preca huwa wieħed mill-figuri prominenti ta’ Malta Kattolika, li sar il-fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, magħrufa aktar bħala M.U.S.E.U.M..

Fis-27 ta' Jannar 2000, il-Papa Ġwanni Pawlu II iffirma d-Digriet li witta t-triq għall-beatifikazzjoni. Fl-14 ta' Frar 2007, l-Arċisqof ta' Malta, Mons. Pawlu Cremona, waqt laqgħa tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.), ħabbar li l-Papa Benedittu XVI approva d-digriet tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qdusija dwar il-miraklu li wassal għall-kanonizzazzjoni tal-Beatu Preca.

Fil-fatt, fit-23 ta’ Frar, il-Papa ddikjara li l-Beatu Dun Ġorġ Preca se jiġi kanonizzat, flimkien ma’ tliet Beati oħra, waqt ċerimonja fil-Vatikan f’Ruma fit-3 ta’ Ġunju, 2007.

San Ġorġ Preca sar l-ewwel qaddis ta’ Malta.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI