Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Membru Parlamentari Jerome Caruana Cilia tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna fejn bosta min-nies qed jesperjenzaw ġranet sħaħ mingħajr
Hu qal, “Li nitkellmu dwar qtugħ ta' dawl sfortunatament saret aħbar ta' kuljum u kull ħin. Iżda li fl-2026 għandek toroq li issa għamlu t blett iljieli la dawl, u għadhom s'issa bla dawl verament missejna l-qiegħ. Dan qed iġib daqqa ta' ħarta fuq il-kwalità tal-ħajja, stress mentali qawwi fuq il-familji u telf kbir għas-sidien ta' negozji fl-inħawi, u ċertament li mhux aċċettabbli.”
Żied jgħid ukoll, “Nies li kellmuni qaluli li ‘hawn 71 triq bla dawl f'Ħal Qormi, skont kif qaltli ta' servizz.gov’ u biex inpoġġu l-melħ fuq il-ferita, il-familji u n-negozji tal-inħawi lanqas jingħataw ħjiel ta' meta jistgħu jistennew li s-sitwazzjoni terġa' lura għan-normal.”