Lawrence Buontempo huwa attur li nafuh fuq it-televiżjoni jinterpreta karattri diversi. Nafuh fost l-oħrajn minn Strada Stretta fejn interpeta l-parti ta’ pulizija ġewwa Strada Stretta. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, iddedika ħsieb lill-karattru li nterpreta fil-passat.
Hu qal, “L-ewwel kien hemm l-Ispettur Stephen Lowell - bla dubju karattru li baqa' f'moħħi. Però kif nistgħu ninsewh lil dan?! Ħafna jafuh bħala Bobby Dixon. Jew forsi, għal xi wħud, bħala l-Ingliż bil-Mini. Karattru li ngħata l-ħajja lura fl-2005, fis-serje Solitaire, u li maż-żmien baqa’ marbut ma’ ħafna memorji sbieħ.”
Żied jgħid, “Snin wara, jerġa’ jitfaċċa f’Silhouette: The Movie ta’ Mark Doneo. Fost il-karattri li interpretajt tul is-snin, l-Ingliż għandu post partikolari għalija. Forsi għax kien wieħed minn dawk il-karattri li, bil-mod tiegħu, daħal f’dinja akbar minnu... u xorta sab postu fiha. Wisq memorji dan.”