“Avviż Importanti: Tkomplija Ta’ Xogħlijiet Fil-Pjazza Taż-Żejtun” – Kunsill Lokali Żejtun

Il-Kusill Lokali taż-Żejtun ħabbru dwar tkomplija ta’ xogħlijiet.

Kitbu, “Avviż Importanti: Tkomplija ta' Xogħlijiet fil-Pjazza taż-Żejtun. Nixtiequ ninfurmawkom li mix-xogħlijiet fil-pjazza ewlenija taż-Żejtun se jkomplu minn nhar l-Erbgħa, 29 ta' Lulju. Bħala parti mill-impenn kontinwu biex intejbu l-infrastruttura tal-lokalità tagħna, qed isir investiment b'saħħtu fin-network tal-elettriku. X'qed isir? Installazzjoni ta' feeders ġodda: Żieda ta' cables ta' vultaġġ baxx (low voltage).”

Żiedu jispjegaw, “Sistema aktar b'saħħitha: Titjib fid-distribuzzjoni u l-effiċjenza tal-enerġija għar-residenti kollha. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent u nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom.”

Qalu wkoll fil-kummenti, “Dan ix-xogħol kellu jitkompla wara l-festa, iżda minħabba li Triq Luqa Briffa kienet magħluqa, ma setax jitkompla. Huwa dmir tagħna li jkollna kollox lesta qabel ma terġa' tibda l-iskola. Barra minn hekk, se jitkompla wkoll ix-xogħol tal-WSC li bħalissa qed isir fi Triq l-Ispirtu Santu.”

Nirringrazzjaw lill-ħaddiema u membri tal-kunsill lokali għall-ħidma tagħhom.

Ritratti:

Facebook / Kunsill Lokali – Żejtun

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI