Il-kantant lokali Lawrence Gray qasam messaġġ mill-qalb biex jawgura għeluq snin hieni lil missieru, b'kelmtejn li juru l-imħabba u r-rispett kbir li għandu lejh.
Fil-messaġġ tiegħu, Lawrence ddeskriva lil missieru bħala ispirazzjoni ta' kuraġġ, qalb kbira u mħabba bla kundizzjonijiet. Huwa rringrazzjah tal-appoġġ u l-preżenza tiegħu.
"Jalla l-Mulej jibqa’ jħares fuqek fil-mixja ta’ ħajtek, għax ma aħna xejn mingħajrek," jikteb Lawrence. Temm il-messaġġ billi kitiblu li jħobbu ħafna u li l-familja kollha tingħaqad miegħu f'dawn l-awguri.
Awguri mill-qalb lil missier Lawrence!
Facebook/ Lawrence Gray