Fit-28 ta’ Lulju 1998, ħalliena l-attur tant maħbub Josie Coppini fl-età ta’ 64 sena. Josie kien twieled fil-Belt Valletta fit-21 ta’ Diċembru 1933 u kiseb l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira. L-attur għex għal snin twal f’San Ġiljan, fejn miet fi Triq Spinola.
Ħa sehem f’diversi produzzjonijiet magħrufa fosthom Ġensna, Iskra, u La Traviata ta’ Verdi, li kienet ittellgħat fit-Teatru Manoel. Produzzjonijiet fejn wera l-ħiliet artistiċi tiegħu.
Josie Coppini deher ukoll f’bosta films internazzjonali li nġibdu f’Malta, fosthom The Trenchcoat (1983), Final Justice (1985), u Black Eagle (1988).
Fuq it-televiżjoni Maltija, rajnieh waqt F’Baħar Wieħed (1977), In-Neputija tal-Kappillan, Issa Naraw, Ir-Ronnie, u Triq Waħda.
Il-parti ta' Ronnie, baqgħet waħda marbuta wisq ma' Josie Coppini. In-natura komika ta' dan il-karattru għen ikabbar il-popolarità tiegħu.
Insellmu l-memorja ta' Josie Coppini - għal dejjem f'qalbna.
Ritratti:
Youtube/ eurovisionfest
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.