Ixxerja
Illum kienet ġurnata mimlija tama u ferħ hekk kif Puttinu Cares iċċelebra mument tassew speċjali fil-vjaġġ tal-kura ta' Scarlet Parnis. Ta' sitt snin biss, Scarlet daqqet il-qanpiena magħrufa bħala End of Treatment Bell f'Rainbow Ward, sinjal li temmet b'suċċess aktar minn sentejn ta' kura kontra l-lewkimja.
Matul dan il-vjaġġ diffiċli, Scarlet spikkat mhux biss għall-kuraġġ tagħha, iżda wkoll għat-tbissima u l-ispirtu ferrieħi li dejjem ġabet magħha. Minkejja l-isfidi li kellha tiffaċċja, baqgħet ixxerred imħabba, tama u ferħ lil dawk kollha li ltaqgħu magħha.
Puttinu Cares feraħ lil Scarlet għal din il-kisba importanti u awguralha futur mimli saħħa, kuntentizza u ħafna mumenti sbieħ. L-istorja tagħha hija xhieda tal-qawwa, ir-reżiljenza u l-kuraġġ li jistgħu juru anke l-iżgħar fostna.
Nifirħulek Scarlet! Int ispirazzjoni għal kulħadd.
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
Artisti Lokali Jressqu Azzjoni Legali Minħabba Nuqqas Ta’ Ħlas Relatat Mal-Produzzjoni ‘Divas II – The Dance Show’
Gwida.mt
Illum
Kantanti u artisti Maltin magħrufa, fosthom Ira Losco, Destiny Chukunyere, Gaia Cauchi, Mary Rose Mallia, Sarah Bonnici, Deborah Ann Vella, Pamela Kerr u l-produttur mużikali Elton Zarb, jidher li ressqu azzjoni legali kontra l-koreografu Felix Busuttil Galea.L-azzjoni, ippreżentata fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, tgħid li numru ta’ artisti għadhom ma tħallsux għal servizzi professjonali tagħhom fil-produzzjoni Divas […]