Id-Dinja Tal-Futbol Tibki t-Telfa Ta’ Franco Baresi, Leġġenda Ta’ AC Milan U L-Italja

Id-dinja tal-futbol tinsab f’luttu wara l-aħbar tal-mewt ta’ Franco Baresi, wieħed mill-akbar difensuri fl-istorja tal-logħba tal-futbol fl-Italja, li miet fl-età ta’ 66 sena. Baresi kien simbolu ta’ AC Milan u figura emblematika tat-tim nazzjonali Taljan, fejn ħalla wirt li diffiċli jintesa.

Fost il-ħafna messaġġi ta’ tislima li dehru fuq il-midja soċjali, ħafna ddeskrivew lil Franco Baresi bħala wieħed mill-akbar difensuri li qatt rat id-dinja tal-futbol. Kien meqjus bħala plejer li kull partitarju kien jixtieq jara jilbes il-flokk tat-tim favorit tiegħu, grazzi għall-klassi, l-eleganza u l-isportività li dejjem wera fil-grawnd. Barra minnu, ħafna fakkruh ukoll bħala gentleman u persuna umli, filwaqt li sostnew li bit-telfa tiegħu d-dinja tal-futbol tilfet ġgant, u li diffiċli jkun hemm ieħor bħalu.

Tul il-karriera tiegħu, Baresi qatta’ aktar minn għoxrin sena ma’ AC Milan, fejn rebaħ bosta unuri fosthom sitt kampjonati tas-Serie A u tliet Tazzi Ewropej, filwaqt li kien ukoll parti mit-tim Taljan li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1982. Huwa jibqa’ meqjus bħala wieħed mill-ikbar difensuri li qatt lagħbu l-logħba.

Ritratti:

Facebook / AC Milan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI