Pitbull Live F’Malta – Informazzjoni Importanti Qabel Il-Kunċert Mistenni Ta’ Nhar Il-Ħadd Li Ġej!

Kollox jinsab lest għall-kunċert tant mistenni ta’ Pitbull Live in Malta, hekk kif l-organizzaturi ħarġu informazzjoni importanti għall-eluf ta’ persuni li se jattendu. Skont l-organizzaturi, il-bibien tal-post tal-avveniment se jiftħu fil-17:30, filwaqt li l-ewwel supporting act huwa mistenni jibda għall-ħabta tas-18:30.

Madwar 40,000 persuna huma mistennija jattendu għall-avveniment, u għalhekk il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jasal kmieni biex ikun hemm biżżejjed ħin għall-proċeduri tad-dħul u biex kulħadd ikun jista’ jgawdi dak kollu li joffri s-sit qabel jibda l-ispettaklu prinċipali.

L-organizzaturi fakkru wkoll li m’hemmx ħin stipulat sa meta wieħed jista' jidħol għall-kunċert, iżda ladarba persuna toħroġ mis-sit tal-kunċert, ma tkunx tista’ tidħol lura. Barra minn hekk, sabiex dawk preżenti jibqgħu infurmati b’aġġornamenti waqt l-avveniment, l-organizzaturi qed jistiednu lill-attendenti jingħaqdu mal-WhatsApp Broadcast Channel uffiċjali, fejn se jiġu ppubblikati aġġornamenti f’ħin reali matul il-kunċert.

L-atmosfera mistennija tkun waħda spettakolari hekk kif eluf ta’ partitarji se jinġabru għal waħda mill-akbar serati mużikali tas-sajf f’Malta.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI