“Aħna Min Aħna Llum Grazzi Għalikom” – Antonella Galea Loffreda Lill-Ġenituri Li Qed Jiċċelebraw 50 Sena Żwieġ

Il-ġenituri tal-preżentatriċi u l-attriċi lokali Antonella Galea Loffreda qasmet messaġġ emozzjonanti li laqat il-qlub ta’ bosta fuq il-midja soċjali. Fil-messaġġ tagħha, Antonella fakkret fil-wegħda li l-ġenituri tagħha għamlu lil xulxin nofs seklu ilu, meta wegħdu li jibqgħu jħobbu lil xulxin "fit-tajjeb u fil-ħażin, fil-mard u fis-saħħa" u li jirrispettaw lil xulxin tul ħajjithom kollha.

Hija sostniet li l-ġenituri tagħha huma "eżempju per eccellenza" ta’ din il-wegħda, hekk kif baqgħu magħqudin u leali lejn xulxin matul dawn il-ħamsin sena. Antonella rringrazzjathom ukoll għall-imħabba li rabbew lil uliedhom fiha, u kitbet, "Grazzi ma u pa tal-għożża li rabbewtuna fiha. Aħna min aħna llum grazzi għalikom."

Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, hija esprimiet l-imħabba kbira li għandha lejhom u talbet biex il-Mulej ikompli jberikhom b’ħafna snin oħra flimkien. "Inħobbukom ħafna u jalla l-Mulej itikom il-grazzja li tkomplu tgawdu lil xulxin għal ħafna iktar snin. Awguri," kitbet Antonella, flimkien ma’ emoji ta’ qalb u ċelebrazzjoni.

Minn naħa tat-tim ta’ Gwida.mt, ningħaqdu f’awguri sinċieri lil din il-koppja f’dan il-ġublew tad-deheb, u nawgurawlhom ħafna aktar snin ta’ saħħa, mħabba u hena flimkien.

Ritratti:

Facebook / Antonella Galea Loffreda

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI