Retatrutide – Mediċina Esperimentali Għat-Telf Tal-Piż Li Mhijiex Awtorizzata Għall-Użu Pubbliku

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Malta National Poisons Centre avżaw lill-publiku dwar mediċina esperimentali li qed tikseb il-popolarità bħalissa.

Huma bdew billi qalu, “Retatrutide hija mediċina esperimentali li bħalissa qed tiġi studjata għat-telf tal-piż u kundizzjonijiet metaboliċi oħra. Mhijiex awtorizzata għall-użu pubbliku, u prodotti li jsostnu li fihom din il-mediċina qed jinkisbu u jinbiegħu minn sorsi mhux affidabbli.”

Żiedu, “Dawn il-prodotti jistgħu jkunu foloz, ikkontaminati, maħżuna ħażin, jew ta’ doża u kwalità mhux magħrufa. Dan ipoġġi lil min jużaha f’riskju ta’ side effects serji jew tossiċità. Ixtri mediċini minn spiżeriji liċenzjati biss. Evita li tikseb prodotti minn sorsi mhux uffiċjali. Tużax sustanzi ttikkettjati “għar-riċerka”, “esperimentali” jew “mhux għall-konsum mill-bniedem”. Dejjem ħu parir mingħand professjonist tal-kura tas-saħħa.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI