“Żommu L-Komunità Tagħna Fit-Talb” – Fr Rob Galea Jappella Wara Nirien Fil-Knisja Parrokkjali Tiegħu

Il-qassis u kantant Malti Awstraljan Fr Rob Galea ħabbar li kmieni dalgħodu faqqgħu nirien fil-knisja parrokkjali tiegħu, St Kilian's Church, f’Victoria, l-Awstralja.

F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Fr Rob iddeskriva l-inċident bħala jum diffiċli għall-komunità parrokkjali tiegħu, iżda esprima s-serħan il-moħħ li ħadd ma weġġa’. "Kien jum diffiċli għall-parroċċa tagħna. Kmieni dalgħodu faqqgħu nirien fil-Knisja ta’ St Kilian, iżda b’xorti tajba kulħadd jinsab tajjeb u l-ħsara ġiet limitata għas-sagristija," kiteb.

Huwa appella wkoll lil dawk li jsegwuh biex jiftakru fil-komunità parrokkjali fit-talb tagħhom. "Jekk jogħġobkom żommu lill-komunità parrokkjali tagħna fit-talb tagħkom," temm jgħid, filwaqt li akkumpanja l-messaġġ b’emoji tat-talb.

Sa issa ma ngħatawx aktar dettalji dwar x’wassal għan-nirien, iżda jidher li l-intervent rapidu tal-awtoritajiet evita li l-ħsara tinfirex għal partijiet oħra tal-knisja.

Ritratti:

Facebook / Fr Rob Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI