Wara Tazza Tad-Dinja Mimlija Kontroversji, Il-President Tal-FIFA Qed Jaffaċja Pressjoni Biex Jirriżenja

Bħalissa l-President tal-FIFA Gianni Infantino qed jaffaċja pressjoni kbira sabiex jirriżenja mill-kariga tiegħu. Dan wara sensiela ta' kontroversji matul din l-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li laħqu l-qofol tagħhom f'dawn l-aħħar jiem meta l-President Infantino appoġġja pjan sabiex jinbigħu parti mid-drittijiet kummerċjali tat-Tazza tad-Dinja; deċiżjoni li ntlaqgħet minn ħafna kontroversja u oppożizzjoni.

Il-President Infantino qed jaffaċja din il-pressjoni fl-isfond ta' theddida li l-pajjiżi Ewropej jaf jibbojkotjaw l-edizzjoni li ġejja tal-2030 tat-Tazza tad-Dinja jekk iseħħ il-bejgħ parzjali tad-drittijiet kummerċjali ta' dan il-kampjonat dinji.

Intom taħsbu li l-President Infantino għandu jirriżenja? X'taħsbu dwar din il-kontroversja?

Ritratti:

Facebook / Football Autopsie u Geo News English

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI