Is-sajf Malti mistenni jġib miegħu iżjed xemx tikwi u sħana qalila. It-tbassir tat-temp tal-Ajruport Internazzjonali Malti qed jindika li matul il-ġimgħa d-dieħla t-temperatura ta' 41℃ se tkun qiegħda tippersisti.

Dan filwaqt li l-UV f'ċerti jiem imbassar li se jkun qed jilħaq l-għaxar grad, li hu meqjus mill-esperti bħala wieħed pjuttost għoli. Fil-fatt, f'dan l-isfond, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jevita li joħroġ barra matul is-sigħat ta' wara nofsinhar, meta x-xemx tkun fl-eqqel tagħha, u jipproteġi lilu nnifsu billi juża sunblock.
Facebook / Malta Weather