“Għadni Ma Nistax Nemmen Li Qed Nikteb Dan… ‘Mara’ Tirbaħ Il-50 Edizzjoni Tal-Festival L-Għanja Tal-Poplu” – Cherylis

Il-kantanta lokali Cherylis ħabbret li l-kanzunetta tagħha fuq kliem ta’ Corazon, rebħet il-50 edizzjoni tal-festival L-Għanja Tal-Poplu.

Hi esprimiet, “Għadni ma nistax nemmen li qed nikteb dan… 𝐌𝐚𝐫𝐚 tirbaħ il-50 edizzjoni tal-festival L-Għanja Tal-Poplu, u l-prestazzjoni tiegħi premajta għat-tieni darba bil-Premju Enzo Gusman għall-aħjar interpretazzjoni. Din l-għanja, fuq kliem u mużika ta' Corazon tirrakkonta s-saħħa, is-sensittività u l-istejjer li ħafna nisa jġorru fis-skiet! Għalhekk, li l-messaġġ tagħha wasal bi sħiħ f’qalbkom ifisser ħafna għalija.”

Żiedet tgħid, “Grazzi lit-tim tiegħi, lil Marie-Claire, Angela u Karen tal-kor sabiħ li għamlu, lil kull min emmen fija, f’din il-kanzunetta u f’dak kollu li tirrappreżenta! Dan il-mument ser nibqa’ ngħożżu għal dejjem. Għaliex jien 𝐌𝐚𝐫𝐚.”

Nawgurawlha mill-qalb għal din ir-rebħa u nawguraw ukoll lil kull min ħa sehem f’dan il-festival!

Ritratti:

Facebook / Cherylis

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI