Kate Ferħana Li Setgħet Tattendi L-Kunċert Ta’ Pitbull Grazzi Għal Donazzjoni Li Rċeviet

Il-kunċert ta' Pitbull f'Malta kien suċċess kbir u attira eluf ta’ Maltin. Fost dawk li attendew kien hemm ukoll Kate, li setgħet tgawdi din l-esperjenza grazzi għal donazzjoni li rċeviet mingħand ħabib/a qrib tagħha.

Kate ilbieraħ qasmet messaġġ ta' ferħ mas-segwaċi tagħha wara li żvelat li setgħet tattendi l-kunċert ta' Pitbull grazzi għall-ġenerożità ta' xi ħadd speċjali.Fuq il-midja soċjali, Kate kitbet: "Thanks to a special friend who donated to me tickets to attend Pitbull concert."

Hija esprimiet il-gratitudni tagħha għal dan il-ġest sabiħ filwaqt li b’entużjażmu żiedet tgħid li kienet se tkun qed "tiżfen il-lejl kollu".

Il-messaġġ tagħha laqa’ bosta kummenti ta' awguri mingħand is-segwaċi tagħha, li ferħu magħha għal din l-opportunità.

Ritratti:

Fb/ Kate: Writing my story & Ritratt ta’ Jason Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI