Il-Parroċċa Santa Margerita ta' Sannat ħabbret b'ferħ kbir li s-saċerdot tagħha, Mons. John Muscat, inħatar mill-Isqof bħala Monsinjur Kuġitur fil-Kapitlu tal-Katidral.
F'messaġġ li xxerred fuq il-midja soċjali, il-parroċċa esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal din il-ħatra, filwaqt li spjegat li Mons. Muscat issa se jingħaqad mal-monsinjuri l-oħra fil-Kapitlu tal-Katidral, fosthom diversi li huma wkoll minn Ta' Sannat.
Il-Kapitlu tal-Katidral għandu rwol importanti fil-ħajja tal-Knisja u fost id-dmirijiet tiegħu hemm it-talb flimkien tal-Liturġija tas-Sigħat u servizzi oħra marbuta mal-Katidral.
Il-Parroċċa Santa Margerita temmet il-messaġġ tagħha billi awgurat lil Mons. John Muscat għal din il-ħatra prestiġjuża u assiguratlu t-talb u s-sapport tal-komunità parrokkjali."Nawgurawlu! Magħqudin fit-talb," temmet tgħid il-parroċċa.
Fb/ Parroċċa Santa Margerita, Ta’ Sannat