Il-paġna Travel Malta qed tiċċelebra suċċess ieħor hekk kif qabżet l-43,000 segwaċi fuq il-midja soċjali.
F'messaġġ ta' ringrazzjament, l-amministraturi tal-paġna qalu: "Thank you to over 43K Travel Malta followers. Loving bringing Malta to you one bit at a time." Filwaqt li rringrazzjaw lil dawk kollha li jsegwuhom, huma wegħdu li se jkomplu jaqsmu s-sbuħija u l-istejjer li jagħmlu lil Malta destinazzjoni tant speċjali.
Il-messaġġ tagħhom intlaqa' b'reazzjoni pożittiva minn bosta segwaċi li mlew il-kummenti b'awguri u kliem ta' tifħir. Kienu diversi li faħħru l-vidjows u r-ritratti informattivi tagħhom, filwaqt li oħrajn qalu li l-kontenut tagħhom iġibilhom lura memorji sbieħ tal-vaganzi f'Malta u jġegħelhom iħossuhom qrib il-gżejjer tagħna anke meta jkunu barra minn xtutna.
Kien hemm ukoll min irringrazzjahom talli qed ikomplu juru s-sbuħija ta' Malta u Għawdex lid-dinja, filwaqt li awgurawlhom li n-numru ta' segwaċi tagħhom ikompli jikber fis-snin li ġejjin.
Fb/ Travel Malta