L-awtur u xandar lokali Joe Julian, fakkar il-memorja tal-għażiż missieru, li ġie nieqes 35 sena ilu. It-telfa ta' wieħed mill-ġenituri żgur li qatt ma tista' tinsieha.
It-telfa ta' missieru nħasset immens, għax kif kien kiteb drabi oħra, kien ġie nieqes tlitt ijiem biss wara li Joe Julian kien sar missier hu.
F'post li qasam Joe Julian jikteb, "Erba' t'Awwissu 1991 - 35 sena fl-eternità. Inħobbok Pa." Qasam ritratt mill-passat biex ifakkar il-memorja għażiża tiegħu. Bosta kkummentaw biex isellmulu, b'uħud li jifhmu s-sentiment perfettament, minħabba li ġarrbu t-telfa ta' missier.
Jistrieħ fis-sliem missier Joe Julian.
Facebook/ Joe Julian Farrugia